26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-202/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Immaniġġar ta’ skart - Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE - Sit ta’ rimi ta’ skart f’landfill ta’ Temploni (il-Greċja)))
(2017/C 202/09)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u E. Sanfrutos Cano, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi ttollerat operat tas-sit ta’ rimi ta’ skart f’landfill ta’ Temploni (il-Greċja) billi ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, kif ukoll taħt l-Artikolu 8(a), l-Artikolu 11(1) u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 200, 6.6.2016.