8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – SolarWorld AG vs Brandoni solare SpA, Solaria Energia y Medio Ambiente, SA, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (CCCME)
(Kawża C-204/16 P) (1)
((Appell - Dumping - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1238/2013 - Artikolu 3 - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u tal-komponenti essenzjali tagħhom (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li jipprovjenu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Dazju kumpensatorju definittiv - Eżenzjoni tal-importazzjonijiet suġġetti għal impenn aċċettat - Natura separabbli))
(2018/C 005/08)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: SolarWorld AG (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Brandoni solare SpA, Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistit minn N. Tuominen, Avukat), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Demeneix, T. Maxian Rusche u J.-F. Brakeland, aġenti), China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (CCCME) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u A. Scalini, avukati, F. Di Gianni, avukati)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
SolarWorld AG hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.
(1) ĠU C 232, 27.06.2016.