3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Tarragona – Spanja) – Proċedura mibdija minn Ministerio Fiscal
(Kawża C-207/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 2002/58/KE - Artikoli 1 u 3 - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Protezzjoni - Artikoli 5 u 15(1) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7 u 8 - Data pproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali għad-data għal finijiet ta’ investigazzjoni - Livell ta’ gravità tal-ksur li jista’ jiġġustifika l-aċċess għad-data))
(2018/C 436/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Tarragona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Ministerio Fiscal
Dispożittiv
L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għad-data intiża għall-identifikazzjoni tal-proprjetarji tal-kards tas-SIM attivati permezz ta’ telefon ċellulari misruq, bħall-kunjomijiet, l-ismijiet u, jekk ikun il-każ, l-indirizzi ta’ dawn il-proprjetarji, jikkostitwixxi ndħil fid-drittijiet fundamentali ta’ dawn tal-aħħar, stabbiliti f’dawn l-artikoli tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li ma huwiex suffiċjentement serju sabiex dan l-aċċess jiġi llimitat, fil-qasam tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-iskoperta u tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja.
(1) ĠU C 251, 11.7.2016.
Full & Egal Universal Law Academy