Kawża C-208/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Dirk Andres (amministratur fallimentari ta’ Heitkamp BauHolding GmbH), Il-Kummissjoni Ewropea (Apell — Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar ċerti trasferimenti ta’ telf fuq is-snin fiskali futuri (“skema għar-riport”) — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Persuna individwalment ikkonċernata — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” — Kundizzjoni dwar is-selettività — Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment — Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)
C2942018MT310120180628MT00033131
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Dirk Andres (amministratur fallimentari ta’ Heitkamp BauHolding GmbH), Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-208/16 P) ( 1 )
“(Apell — Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar ċerti trasferimenti ta’ telf fuq is-snin fiskali futuri (“skema għar-riport”) — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Persuna individwalment ikkonċernata — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” — Kundizzjoni dwar is-selettività — Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment — Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)”2018/C 294/03Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Dirk Andres (amministratur fallimentari ta’ Heitkamp BauHolding GmbH) (rappreżentanti: W. Niemann, S. Geringhoff, u P. Dodos, Rechtsanwälte), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, T. Maxian Rusche u K. Blanck-Putz, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell inċidentali huwa miċħud.
2)
Il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Frar 2016, Heitkamp BauHolding vs Il-Kummissjoni (T-287/11, EU:T:2016:60), huma annullati.
3)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE tas-26 ta’ Jannar 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) implimentata mill-Ġermanja – Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (“Sanierungsklausel”), hija annullata.
4)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċeduri fl-appell, l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja relatati mal-proċeduri fl-appell kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Dirk Andres, li qed jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala amministratur fallimentari ta’ Heitkamp BauHolding GmbH, relatati kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċeduri fl-appell.
( 1 ) ĠU C 211, 13.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy