Kawża C-209/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Lowell Financial Services GmbH, li kienet GFKL Financial Services AG, il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża li tikkonċerna r-riport tas-self lejn is-snin fiskali futuri (“klawsola ta’ ristrutturazzjoni”) — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Persuna individwalment ikkonċernata — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” — Kundizzjoni dwar is-selettività — Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment — Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)
C2942018MT410120180628MT00044141
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Lowell Financial Services GmbH, li kienet GFKL Financial Services AG, il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-209/16 P) ( 1 )
“(Appell — Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża li tikkonċerna r-riport tas-self lejn is-snin fiskali futuri (“klawsola ta’ ristrutturazzjoni”) — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Persuna individwalment ikkonċernata — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” — Kundizzjoni dwar is-selettività — Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment — Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)”2018/C 294/04Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Lowell Financial Services GmbH, li kienet GFKL Financial Services AG (rappreżentanti: M. Schweda, M. Knebelsberger u F. Loose, Rechtsanwälte), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, T. Maxian Rusche u K. Blanck-Putz, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell inċidentali huwa miċħud.
2)
Il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Frar 2016, GFKL Financial Services vs Il-Kummissjoni (T-620/11, EU:T:2016:59) huma annullati.
3)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE tas-26 ta’ Jannar 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-Ġermanja C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) skont il-klawżola ta’ ristrutturazzjoni prvista mil-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji (“KStG, Sanierungsklausel”), hija annullata.
4)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha stess relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell, l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja relatati mal-proċedura tal-appell kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Lowell Financial Services GmbH relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza.
5)
Lowell Financial Services GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura tal-appell.
( 1 ) ĠU C 222, 20.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy