Kawża C-218/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim – il-Polonja) – proċeduri mibdija minn Aleksandra Kubicka (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (UE) Nru 650/2012 — Suċċessjonijiet u Ċertifikat Ewropew tas — Suċċessjoni — Proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru li ma jirrikonoxxix il-legat “b’invokazzjoni” — Rifjut ta’ rikonoxximent tal-effetti reali ta’ tali legat)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim – il-Polonja) – proċeduri mibdija minn Aleksandra Kubicka
(Kawża C-218/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (UE) Nru 650/2012 — Suċċessjonijiet u Ċertifikat Ewropew tas — Suċċessjoni — Proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru li ma jirrikonoxxix il-legat “b’invokazzjoni” — Rifjut ta’ rikonoxximent tal-effetti reali ta’ tali legat)”
2017/C 412/13Lingwa tal-kawża: il-PollakkQorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aleksandra Kubicka
fil-preżenza ta’: Przemysława Bac, li qed jaġixxi bħala nutar
Dispożittiv
L-Artikoli 1(2)(k) u (l) kif ukoll l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu r-rifjut tar-rikonoxximent, minn awtorità ta’ Stat Membru, tal-effetti reali ta’ legat “b’invokazzjoni”, rikonoxxut mid-dritt applikabbli għas-suċċessjoni, li bih testatur għażel skont l-Artikolu 22(1) ta’ dan l-istess regolament, meta dan ir-rifjut huwa bbażat fuq ir-raġuni biss li dan il-legat jirrigwarda d-dritt ta’ proprjetà ta’ immobbli li jinsab f’dan l-Istat Membru, li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma tirrikonoxxix l-istituzzjoni tal-legat b’effett reali dirett fid-data tal-ftuħ tas-suċċessjoni.
( 1 ) ĠU C 335, 12.09.2016