Kawża C-219/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Lowell Financial Services GmbH, li kienet GFKL Financial Services AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (“Appell — Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar ċerti rapporti ta’ telf fis-snin fiskali futuri (“klawżola ta’ risanament”) — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Peruna individwalment ikkonċernata — Article 107(1) TFUE — Kunċett ta’ “għajuna mill-Istat” — Rekwiżit dwar is-selettività — Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment — Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)
C2942018MT510120180628MT00055151
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Lowell Financial Services GmbH, li kienet GFKL Financial Services AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-219/16 P) ( 1 )
“(“Appell — Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar ċerti rapporti ta’ telf fis-snin fiskali futuri (“klawżola ta’ risanament”) — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Peruna individwalment ikkonċernata — Article 107(1) TFUE — Kunċett ta’ “għajuna mill-Istat” — Rekwiżit dwar is-selettività — Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment — Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)”2018/C 294/05Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Lowell Financial Services GmbH, li kienet GFKL Financial Services AG (rappreżentanti: M Schweda, J. Eggers, M. Knebelsberger u F. Loose, Rechtsanwälte)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, (rappreżentanti: R. Lyal, T. Maxian Rusche u K. Blanck-Putz, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Dispożittiv
1)
L-appell inċidentali huwa miċħud.
2)
Il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Frar 2016, GFKL Financial Services vs Il-Kummissjoni (T-620/11, EU:T:2016:59), huma annullati.
3)
Id-Deċiżjoni 2011/527/UE tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Ġermanja C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) taħt klawżola ta’ risanament prevista mil-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (“KStG, Sanierungsklausel”), hija annullata.
4)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Lowell Financial Services GmbH, marbuta kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell.
( 1 ) ĠU C 222 tal-20.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy