8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Jan Theodorus Arts vs Veevoederbedrijf Alpuro BV
(Kawża C-227/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Skema ta’ pagament uniku - Persuna li trabbi l-għoġġiela li kkonkludiet kuntratt ta’ integrazzjoni - Klawżola kuntrattwali li bis-saħħa tagħha l-pagament uniku huwa dovut lill-impriża ta’ integrazzjoni - Ammissibbiltà))
(2018/C 005/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jan Theodorus Arts
Konvenuta: Veevoederbedrijf Alpuro BV
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix klawżola kuntrattwali li bis-saħħa tagħha l-ammont tal-appoġġ li għalih il-persuna li trabbi l-għoġġiela għandha dritt taħt l-iskema ta’ pagament uniku huwa dovut lil impriża ta’ integrazzjoni meta t-trasferiment ta’ dan l-appoġġ jaqa’ fil-kuntest ta’ vantaġġi u obbligi reċiproċi nnegozjati bejn il-partijiet fil-kuntratt.
(1) ĠU C 279, 1.8.2016.