31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2017 – Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-228/16 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni - Rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li jingħata segwitu għall-eżami tal-ilment tal-appellanti - Assenza ta’ għajnuna fl-għeluq tal-fażi preliminari ta’ investigazzjoni - Deċiżjoni purament konfermattiva - Kundizzjonijiet ta’ legalità tal-irtirar ta’ deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni))
(2017/C 249/12)
Lingwa tal-proċedura: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, avukat, A. Oikonomou, E. Salaka, C. Synodinos u H. Tagaras, dikigoroi, D. Waelbroeck, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u É. Gippini Fournier, aġenti)
Dispożittiv
1)
Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Frar 2016, DEI vs Il-Kummissjoni (T-639/14, mhux ippubblikat, EU:T:2016:77), huwa annullat.
2)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 211, 13.6.2016