12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 30 de Barcelona – Spanja) – Antonio Miravitlles Ciurana et vs Contimark SA, Jordi Socias Gispert
(Kawża C-243/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - Direttiva 2009/101/KE - Artikoli 2 u 6 sa 8 - Direttiva 2012/30/UE - Artikoli 19 u 36 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 20, 21 u 51 - Irkupru ta’ djun li jirriżultaw minn kuntratt ta’ xogħol - Dritt li teżerċita, quddiem l-istess qorti, azzjoni kontra l-kumpannija u l-amministratur tagħha, fil-kwalità tiegħu ta’ persuna responsabbli u kodebitur in solidum tad-djun tal-kumpannija))
(2018/C 052/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 30 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Antonio Miravitlles Ciurana, Alberto Marina Lorente, Jorge Benito García, Juan Gregorio Benito García
Konvenuti: Contimark SA, Jordi Socias Gispert
Dispożittiv
Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 [KE], bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti, u b’mod partikolari l-Artikoli 2 6 u 8 tagħha, kif ukoll id-Direttiva 2012/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 TFUE, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti, fir-rigward ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata kif ukoll iż-żamma ta’ tibdil tal-kapital tagħha u b’mod partikolari l-Artikoli 19 u 36 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jikkonferixxux fuq l-impjegati, kredituri ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata abbażi tal-ksur tal-kuntratt ta’ xogħol tagħhom, id-dritt li jeżerċitaw, quddiem l-istess qorti tax-xogħol bħal dik li għandha l-kompetenza sabiex tieħu konjizzjoni tal-azzjoni tagħhom intiża sabiex jiġi rrikonoxxut il-kreditu salarjali tagħhom, azzjoni ta’ responsabbiltà kontra l-amministratur ta’ din il-kumpannija, peress li naqas milli jsejjaħ laqgħa ġenerali ta’ din minkejja t-telf serju li din sofriet, sabiex jaraw li dan l-amministratur jiġi ddikjarat kodebitur in solidum tal-imsemmi kreditu salarjali.
(1) ĠU C 279, 1.8.2016