22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Siracusa – l-Italja) – Enzo Di Maura vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale di Siracusa
(Kawża C-246/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Valur taxxabbli - Sitt Direttiva 77/388/KEE - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) - Limitazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis tal-valur taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas mill-parti kontraenti - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membru fit-traspożizzjoni - Natura proporzjonata tal-perijodu ta’ prefinanzjament mill-imprenditur))
(2018/C 022/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Siracusa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Enzo Di Maura
Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale di Siracusa
Dispożittiv
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jissuġġetta t-tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT għan-nuqqas ta’ suċċess ta’ proċedura ta’ insolvenza meta tali proċedura tista’ ddum iktar minn għaxar snin
(1) ĠU C 260, 18.7.2016.