6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hannover – il-Ġermanja) – Heike Schottelius vs Falk Seifert
(Kawża C-247/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 1999/44/KE - Bejgħ u garanziji ta’ oġġetti ta’ konsum - Kunċett ta’ “kuntratt ta’ bejgħ” - Inapplikabbiltà ta’ din id-direttiva - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2017/C 374/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Heike Schottelius
Konvenut: Falk Seifert
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex il-kompetenza sabiex tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mil-Landgericht Hannover (qorti reġjonali ta’ Hannover, il-Ġermanja), permezz tad-deċiżjoni tat-22 ta’ April 2016.
(1) ĠU C 279, 1.8.2016.