6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Austria Asphalt GmbH & Co OG vs Bundeskartellanwalt
(Kawża C-248/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni ta’ impriżi - Regolament (KE) Nru 139/2004 - Artikolu 3(1)b u (4) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “konċentrazzjoni” - Tibdil tan-natura tal-kontroll ta’ impriża eżistenti, li minn esklużiv isir bi sħab - Ħolqien ta’ impriża konġunta li twettaq, fuq bażi dewwiema, il-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma))
(2017/C 374/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Austria Asphalt GmbH & Co OG
Konvenut: Bundeskartellanwalt
Dispożittiv
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), għandu jiġi interpretat fis-sens li konċentrazzjoni għandha titqies imwettqa bħal riżultat ta’ bidla fin-natura tal-kontroll eżerċitat fuq impriża eżistenti, li, qabel kien esklużiv, u sar bi sħab, biss bil-kundizzjoni li l-impriża konġunta bħala riżultat ta’ din l-operazzjoni twettaq fuq bażi dewwiema l-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma.
(1) ĠU C 260, 18.07.2016.