22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 – Ludwig-Bölkow-Systemtechnik GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-250/16 P) (1)
((Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt programm kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006) - Rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa lill-appellanti - Kumpensi fil-forma ta’ somma f’daqqa))
(2018/C 022/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Ludwig-Bölkow-Systemtechnik GmbH (rappreżentant: M. Núñez Müller, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u F. Moro, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ludwig-Bölkow-Systemtechnik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 222, 20.6.2016.