15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Bruxelles – il-Belġju) – Flibtravel International SA, Leonard Travel International SA vs AAL Renting SA et
(Kawża C-253/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 96 TFUE - Applikabbiltà - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lis-servizzi tat-taxi milli joffru postijiet individwali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lis-servizzi tat-taxi milli jiddeterminaw minn qabel id-destinazzjoni tagħhom - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lis-servizzi tat-taxi milli jħajru klijenti))
(2017/C 151/18)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: FlibTravel International SA, Leonard Travel International SA
Konvenuti: AAL Renting SA, Haroune Tax SPRL, Saratax SCS, Ryad SCRI, Taxis Bachir & Cie SCS, Abdelhamid El Barjraji, Abdelouahab Ben Bachir, Sotax SCRI, Mostapha El Hammouchi, Boughaz SPRL, Sahbaz SPRL, Jamal El Jelali, Mohamed Chakir Ben Kadour, Taxis Chalkis SCRL, Mohammed Gheris, Les délices de Fes SPRL, Abderrahmane Belyazid, E.A.R. SCS, Sotrans SPRL, B.M.A. SCS, Taxis Amri et Cie SCS, Aramak SCS, Rachid El Amrani, Mourad Bakkour, Mohamed Agharbiou, Omar Amri, Jmili Zouhair, Mustapha Ben Abderrahman, Mohamed Zahyani, Miltotax SPRL, Lextra SA, Ismael El Amrani, Farid Benazzouz, Imad Zoufri, Abdel-Ilah Bokhamy, Ismail Al Bouhali, Bahri Messaoud & Cie SCS, Mostafa Bouzid, BKN Star SPRL, M.V.S. SPRL, A.B.M.B. SCS, Imatrans SPRL, Reda Bouyaknouden, Ayoub Tahri, Moulay Adil El Khatir, Redouan El Abboudi, Mohamed El Abboudi, Bilal El Abboudi, Sofian El Abboudi, Karim Bensbih, Hadel Bensbih, Mimoun Mallouk, Abdellah El Ghaffouli, Said El Aazzoui
Dispożittiv
L-Artikolu 96(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma japplikax għal restrizzjonijiet imposti fuq l-operaturi tat-taxis, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 260, 18.7.2016.