28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Glencore Agriculture Hungary Kft., li kienet Glencore Grain Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság
(Kawża C-254/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 183 - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Ħlas lura tal-eċċess ta’ VAT - Proċedura ta’ stħarriġ - Multa imposta fuq il-persuna taxxabbli matul tali proċedura - Estensjoni tat-terminu għar-rimbors - Esklużjoni tal-ħlas tal-interessi moratorji))
(2017/C 283/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Glencore Agriculture Hungary Kft., li kienet Glencore Grain Hungary Kft.
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi, fil-każ li tinbeda proċedura ta’ stħarriġ fiskali mill-amministrazzjoni jew meta tiġi imposta multa fuq persuna taxxabbli għal nuqqas ta’ koperazzjoni, id-data għar-rimbors tal-eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud tista’ tiġi estiża sal-għoti lill-imsemmija persuna taxxabbli tal-proċess verbali ta’ dan l-istħarriġ u l-ħlas ta’ interessi moratorji jista’ jiġi miċħud, anki meta l-perijodu tal-proċedura ta’ stħarriġ fiskali jkun eċċessiv u ma jkunx totalment imputabbli għall-aġir tal-persuna taxxabbli.
(1) ĠU C 296, 16.8.2016.