14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Deichmann SE vs Hauptzollamt Duisburg
(Kawża C-256/16) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Antidumping - Validità ta’ regolament intiż għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ddikjarat regolamenti preċedenti invalidi - Obbligu ta’ eżekuzzjoni - Bażi legali - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 14 - Iffissar tal-elementi ta’ ġbir ta’ dazji anti-dumping mill-Istati Membri - Ordni ta’ sospensjoni tar-rimbors ta’ dazji anti-dumping mill-awtoritajiet doganali nazzjonali - Tkomplija tal-proċedura li ppreċediet ir-regolamenti ddikjarati invalidi - Artikolu 10 - Nuqqas ta’ retroattività - Kodiċi Doganali Komunitarju - Artikolu 221 - Preskrizzjoni - Artikolu 236 - Rimbors ta’ dazji mhux dovuti)
(2018/C 166/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deichmann SE
Konvenut: Hauptzollamt Duisburg
Dispożittiv
L-evalwazzjoni tad-domanda magħmula ma żvelat ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/223 tal-Kummissjoni, tas-17 ta’ Frar 2016, li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta’ ċerti talbiet għal trattament ta’ ekonomija tas-suq u għal trattment individwali li jsiru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplementaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C 659/13 u C 34/14.
(1) ĠU C 260, 18.7.2016
Full & Egal Universal Law Academy