Kawża C-258/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Finnair Oyj vs Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Konvenzjoni ta’ Montreal — Artikolu 31 — Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru għall-bagalji li jkunu għaddew miċ-check-in — Rekwiżiti dwar il-forma u l-kontenut ta’ lment bil-miktub magħmul lit-trasportatur — Ilment imressaq b’mod elettroniku u rreġistrat fis-sistema informatika tat-trasportatur bl-ajru — Ilment imressaq f’isem id-destinatarju minn impjegat tat-trasportatur bl-ajru)
C2002018MT310120180412MT00033131
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Finnair Oyj vs Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia
(Kawża C-258/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Konvenzjoni ta’ Montreal — Artikolu 31 — Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru għall-bagalji li jkunu għaddew miċ-check-in — Rekwiżiti dwar il-forma u l-kontenut ta’ lment bil-miktub magħmul lit-trasportatur — Ilment imressaq b’mod elettroniku u rreġistrat fis-sistema informatika tat-trasportatur bl-ajru — Ilment imressaq f’isem id-destinatarju minn impjegat tat-trasportatur bl-ajru)”2018/C 200/03Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Finnair Oyj
Konvenuta: Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 31(4) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fit-termini preskritti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, l-ilment għandu jsir bil-miktub, skont il-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu, taħt piena ta’ inammissibbiltà ta’ kull tip ta’ azzjoni kontra t-trasportatur.
2)
Ilment, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, irreġistrat fis-sistema informatika tat-trasportatur bl-ajru, jirrispondi għar-rekwiżit ta’ forma bil-miktub, previst fl-Artikolu 31(3) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999.
3)
L-Artikolu 31(2) u (3) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li r-rekwiżit ta’ forma bil-miktub jiġi kkunsidrat li huwa ssodisfatt meta aġent tat-trasportatur bl-ajru, bl-għarfien tal-passiġġier, jagħmel f’forma bil-miktub l-avviż ta’ lment, jew fuq karta jew b’mezz elettroniku, billi jintroduċih fis-sistema informatika ta’ dan it-trasportatur, sakemm dan il-passiġġier ikun jista’ jivverifika l-eżattezza tat-test tal-ilment, kif miktub u introdott f’din is-sistema u, skont il-każ, jemendah jew jikkompletah, jew anki jibdlu, qabel ma jiskadi t-terminu previst fl-Artikolu 31(2) ta’ din il-konvenzjoni.
4)
L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jissuġġetta l-ilment għal ebda rekwiżit sostantiv ieħor minbarra dak li t-trasportatur bl-ajru jiġi mgħarraf bid-dannu kkawżat.
( 1 ) ĠU C 260, 18.7.2016
Full & Egal Universal Law Academy