Kawżi Magħquda C-259/16 u C-260/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Confederazione Generale Italiana dei Trasporti e della Logistica (Confetra) (C-259/16), Associazione Nazionale Imprese Trasporti Automobilistici (C-259/16), Fercam SpA (C-259/16), Associazione non Riconosciuta Alsea (C-259/16), Associazione Fedit (C-259/16), Carioni Spedizioni Internazionali Srl (C-259/16), Federazione Nazionale delle Imprese di Spedizioni Internazionali – Fedespedi (C-259/16), Tnt Global Express SpA (C-259/16), Associazione Italiana dei Corrieri Aerei Internazionali (AICAI) (C-260/16), DHL Express (Italy) Srl (C-260/16), Federal Express Europe Inc. (C-260/16), United Parcel Service Italia Ups Srl (C-260/16) vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi postali fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 97/67/KE — Artikoli 2, 7 u 9 — Direttiva 2008/6/KE — Kunċett ta’ “fornitur ta’ servizzi postali” — Impriżi tat-trasport bit-triq, tat-trasport ta’ merkanzija u tal-posta espressa li jipprovdu servizzi ta’ ġbir, ta’ ssortjar, ta’ trasport u ta’ tqassim ta’ oġġetti postali — Awtorizzazzjoni meħtieġa għall-provvista lill-pubbliku ta’ servizzi postali — Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tas-servizz universali)
C2592018MT310120180531MT00033142
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Confederazione Generale Italiana dei Trasporti e della Logistica (Confetra) (C-259/16), Associazione Nazionale Imprese Trasporti Automobilistici (C-259/16), Fercam SpA (C-259/16), Associazione non Riconosciuta Alsea (C-259/16), Associazione Fedit (C-259/16), Carioni Spedizioni Internazionali Srl (C-259/16), Federazione Nazionale delle Imprese di Spedizioni Internazionali – Fedespedi (C-259/16), Tnt Global Express SpA (C-259/16), Associazione Italiana dei Corrieri Aerei Internazionali (AICAI) (C-260/16), DHL Express (Italy) Srl (C-260/16), Federal Express Europe Inc. (C-260/16), United Parcel Service Italia Ups Srl (C-260/16) vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico
(Kawżi Magħquda C-259/16 u C-260/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi postali fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 97/67/KE — Artikoli 2, 7 u 9 — Direttiva 2008/6/KE — Kunċett ta’ “fornitur ta’ servizzi postali” — Impriżi tat-trasport bit-triq, tat-trasport ta’ merkanzija u tal-posta espressa li jipprovdu servizzi ta’ ġbir, ta’ ssortjar, ta’ trasport u ta’ tqassim ta’ oġġetti postali — Awtorizzazzjoni meħtieġa għall-provvista lill-pubbliku ta’ servizzi postali — Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tas-servizz universali)”2018/C 259/03Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Confederazione Generale Italiana dei Trasporti e della Logistica (Confetra) (C-259/16), Associazione Nazionale Imprese Trasporti Automobilistici (C-259/16), Fercam SpA (C-259/16), Associazione non Riconosciuta Alsea (C-259/16), Associazione Fedit (C-259/16), Carioni Spedizioni Internazionali Srl (C-259/16), Federazione Nazionale delle Imprese di Spedizioni Internazionali – Fedespedi (C-259/16), Tnt Global Express SpA (C-259/16), Associazione Italiana dei Corrieri Aerei Internazionali (AICAI) (C-260/16), DHL Express (Italy) Srl (C-260/16), Federal Express Europe Inc. (C-260/16), United Parcel Service Italia Ups Srl (C-260/16)
Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico
fil-preżenza ta’: Poste Italiane SpA (C-260/16)
Dispożittiv
1)
Il-punti 1, 1a u 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-impriżi ta’ trasport bit-triq, ta’ trasport ta’ merkanzija jew ta’ posta espressa li jipprovdu servizzi ta’ ġbir, ta’ ssortjar, ta’ trasport u ta’ tqassim ta’ oġġetti postali jikkostitwixxu, ħlief fil-każ fejn l-attività tagħhom hija limitata għat-trasport ta’ oġġetti postali, fornituri ta’ servizzi postali, fis-sens tal-punt 1a tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva.
2)
Il-punt 19 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 97/67, kif emendata bid-Direttiva 2008/6, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq kull impriża ta’ trasport bit-triq, ta’ trasport ta’ merkanzija u ta’ posta espressa l-obbligu li jkollha awtorizzazzjoni ġenerali għall-provvista ta’ servizzi postali, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni tkun iġġustifikata minn waħda mir-rekwiżiti essenzjali elenkati fil-punt 19 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva u li tkun tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità, fis-sens li tkun adatta sabiex tiggarantixxi l-għan imfittex u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq, liema ċirkustanzi għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju.
3)
L-Artikolu 7(4) u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 97/67, kif emendata bid-Direttiva 2008/6, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lid-detenturi ta’ awtorizzazzjoni ġenerali għall-provvista ta’ servizzi postali li jikkontribwixxu għal fond ta’ kumpens tal-obbligi tas-servizz universali, meta dawn is-servizzi jistgħu, mill-perspettiva tal-utent, jitqiesu li jaqgħu taħt is-servizz universali għar-raġuni li jkollhom livell suffiċjenti ta’ interkambjabbiltà ma’ dan tal-aħħar.
( 1 ) ĠU C 343, 19.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy