19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of Gibraltar – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq it-talba ta’ Albert Buhagiar et vs Minister for Justice
(Kawża C-267/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Portata territorjali tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 355(3) TFUE - Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-aġġustamenti għat-Trattati - Artikolu 29 - Anness I, Taqsima I, punt 4 - Esklużjoni ta’ Ġibiltà mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea - Portata - Direttiva 91/477/KEE - Artikolu 1(4) - Artikolu 12(2) - Anness II - Pass Ewropew tal-armi tan-nar - Attivitajiet ta’ kaċċa u ta’ sparar sportiv - Applikabbiltà għat-territorju ta’ Ġibiltà - Obbligu ta’ traspożizzjoni - Assenza - Validità))
(2018/C 104/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of Gibraltar
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, fuq it-talba ta’ Albert Buhagiar, Wayne Piri, Stephanie Piri, Arthur Taylor, Henry Bonifacio, Colin Tomlinson, Darren Sheriff
Konvenut: Minister for Justice
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 29 tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-aġġustamenti għat-Trattati, moqri flimkien mal-punt 4 tat-Taqsima I tal-Anness I tal-imsemmi att, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess tal-armi, kif emendata bid-Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008, moqri flimkien mal-Artikolu 1(4) u l-Anness II tagħha, ma huwiex applikabbli fit-territorju ta’ Ġibiltà.
2)
L-eżami tad-domandi preliminari ma rrileva l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tad-Direttiva 91/477, kif emendata bid-Direttiva 2008/51.
(1) ĠU C 260, 18.7.2016
Full & Egal Universal Law Academy