26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Prequ’ Italia Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
(Kawża C-276/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 244 - Irkupru ta’ dejn fil-qasam doganali - Assenza ta’ smigħ minn qabel tad-destinatarju qabel l-adozzjoni ta’ avviż ta’ rettifika ta’ taxxa - Dritt tad-destinatarju li jikseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-avviż ta’ rettifika - Assenza ta’ sospensjoni awtomatika fil-każ ta’ preżentazzjoni ta’ rimedju amministrattiv - Riferiment għall-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 244 tal-Kodiċi Doganali))
(2018/C 072/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Prequ’ Italia Srl
Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
Dispożittiv
Id-dritt għal smigħ ta’ kull persuna qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni li tista’ taffettwa b’mod sfavorevoli l-interessi tagħha għandu jiġi interpretat fis-sens li d-drittijiet tad-difiża tad-destinatarju ta’ avviż ta’ rettifika ta’ taxxa, adottat mill-awtoritajiet doganali fl-assenza ta’ smigħ minn qabel tal-persuna kkonċernata, ma humiex miksura jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-persuna kkonċernata li tikkontesta dan l-att fil-kuntest ta’ rimedju amministrattiv tkun limitata li tipprevedi l-possibbiltà li tintalab is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ dan l-att sal-bidla eventwali tiegħu billi jsir riferiment għall-Artikolu 244 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000, mingħajr ma l-preżentazzjoni ta’ rimedju amministrattiv tissospendi awtomatikament l-eżekuzzjoni tal-att ikkontestat, peress li l-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 244 ta’ dan ir-regolament mill-awtoritajiet doganali, ma tirrestrinġix l-għoti tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni meta jeżistu raġunijiet li jitqajjem dubju dwar il-konformità tad-deċiżjoni kkontestata mal-leġiżlazzjoni doganali jew meta jkun hemm il-biża ta’ dannu irreparabbli għall-persuna kkonċernata.
(1) ĠU C 305, 22.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy