Kawża C-278/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Aachen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Frank Sleutjes (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva 2010/64/UE — Artikolu 3(1) — Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali — Traduzzjoni ta’ “dokumenti essenzjali” — Kunċett ta’ “dokumenti essenzjali” — Digriet kriminali maħruġ fit-tmiem ta’ proċedura unilaterali ssemplifikata u li jikkundanna lid-destinatarju tiegħu għal multa għal reat żgħir)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Aachen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Frank Sleutjes
(Kawża C-278/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva 2010/64/UE — Artikolu 3(1) — Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali — Traduzzjoni ta’ “dokumenti essenzjali” — Kunċett ta’ “dokumenti essenzjali” — Digriet kriminali maħruġ fit-tmiem ta’ proċedura unilaterali ssemplifikata u li jikkundanna lid-destinatarju tiegħu għal multa għal reat żgħir)”
2017/C 412/15Lingwa tal-kawża: il-ĠermaniżQorti tar-rinviju
Landgericht Aachen
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Frank Sleutjes,
Fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Aachen
Dispożittiv
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, għandu jiġi interpretat fis-sens li att, bħal digriet previst mid-dritt nazzjonali sabiex jissanzjona reati kriminali żgħar u maħruġ minn qorti fi tmiem proċedura unilaterali ssemplifikata, jikkostitwixxi “dokument essenzjali” fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, fejn traduzzjoni bil-miktub tiegħu għandha, konformement mar-rekwiżiti formali magħmula minn din id-dispożizzjoni, tiġi żgurata lill-persuni ssuspettati jew lill-persuni akkużati li ma jifhmux il-lingwa tal-proċedura kkonċernata sabiex dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom u għalhekk sabiex tiġi ggarantita n-natura ġusta tal-proċedura.
( 1 ) ĠU C 335, 12.9.2016.