28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – “L.Č.” IK vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-288/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Artikolu 146(1)(e) - Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni - Provvisti ta’ servizzi direttament marbuta mal-esportazzjonijiet jew mal-importazzjonijiet ta’ oġġetti - Kunċett))
(2017/C 283/12)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“L.Č.” IK
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Dispożittiv
L-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għal provvista ta’ servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, relatata ma’ operazzjoni ta’ trasport ta’ oġġetti lejn pajjiż terz, meta dawn is-servizzi ma jkunux ipprovduti direttament lill-kunsinnatur jew lid-destinatarju ta’ dawn l-oġġetti.
(1) ĠU C 260, 18.7.2016.