26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 8 de Barcelona – Spanja) – Schweppes SA vs Red Paralela SL, Red Paralela BCN SL, li kienet Carbòniques Montaner SL
(Kawża C-291/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 7(1) - Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark - Trade marks paralleli - Ċessjoni ta’ trade marks għal parti mit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Strateġija kummerċjali li ssaħħaħ b’mod intenzjonat l-immaġini ta’ trade mark globali u unika wara ċ-ċessjoni - Proprjetarji indipendenti iżda li għandhom relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mill-qrib))
(2018/C 072/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 8 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Schweppes SA
Konvenuti: Red Paralela SL, Red Paralela BCN SL, li kienet Carbòniques Montaner SL
fil-preżenza ta’: Orangina Schweppes Holding BV, Schweppes International Ltd, Exclusivas Ramírez SL,
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, moqri fid-dawl tal-Artikolu 36 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-proprjetarju ta’ trade mark nazzjonali jopponi għall-importazzjoni ta’ prodotti identiċi mogħnija bl-istess trade mark provenjenti minn Stat Membru ieħor, li fih din it-trade mark, li inizjalment kienet il-proprjetà tal-istess proprjetarju, hija issa miżmuma minn terz li kiseb id-drittijiet fir-rigward tagħha permezz ta’ ċessjoni, meta, wara din iċ-ċessjoni:
—
il-proprjetarju, waħdu jew billi jikkoordina l-istrateġija tiegħu ta’ trade mark ma’ dan it-terz, kompla jsaħħaħ b’mod attiv u intenzjonat l-apparenza jew l-immaġini ta’ trade mark unika u globali, u b’hekk joħloq jew isaħħaħ konfużjoni f’għajnejn il-pubbliku kkonċernat fir-rigward tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti mogħnija b’din it-trade mark,
jew
—
jeżistu rabtiet ekonomiċi bejn il-proprjetarju u dan it-terz, fis-sens li huma jikkoordinaw il-politika kummerċjali tagħhom jew jaqblu bejniethom sabiex jikkontrollaw flimkien l-użu tat-trade mark, b’tali mod li huma għandhom il-possibbiltà jiddeterminaw direttament jew indirettament il-prodotti li fuqhom din it-trade mark hija mqiegħda jew jikkontrollaw il-kwalità tagħhom.
(1) ĠU C 305, 22.8.2016.