31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Sharda Europe B.V.B.A. vs Administración del Estado, Syngenta Agro, SA
(Kawża C-293/16) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Direttiva 2008/69/KE - Artikolu 3(2) - Proċedura ta’ evalwazzjoni, mill-Istat Membri, il-prodotti dwar il-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati - Terminu - Diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi)
(2017/C 249/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sharda Europe B.V.B.A.
Konvenuta: Administración del Estado, Syngenta Agro, SA
Dispożittiv
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) Direttiva tal-Kummissjoni 2008/69/KE ta’ l-1 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-clofentezine, dicamba, difenoconazole, diflubenzuron, imazaquin, lenacil, oxadiazon, picloram u pyriproxyfen bħala sustanzi attivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data tal-31 ta’ Diċembru 2008 li jipprevedi prodott fitofarmaċewtiku diġà awtorizzat, li jkun fih waħda mis-sustanzi attivi msemmija fl-anness ta’ din id-direttiva, fid-data finali li fiha għandhom jiġi inklużi, fil-lista li tidher fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 Direttiva Tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, is-sustanzi attivi kollha li jinsabu f’dan il-prodott fitofarmaċewtiku, barra dawk elenkati fl-anness tad-Direttiva 2008/69, sabiex jinħoloq obbligu li ssir evalwazzjoni mill-ġdid tal-imsemmi prodott f’dan l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2).
(1) ĠU C 305, 22.08.2016.