11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo de Murcia – Spanja) – Europamur Alimentación SA vs Dirección General de Comercio y Protección del Consumidor de la Comunidad Autónoma de la Región de Murcia
(Kawża C-295/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi - Kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva - Bejgħ minn bejjiegħ bl-ingrossa lil bejjiegħa bl-imnut - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod ġenerali l-bejgħ b’telf - Eċċezzjonijiet ibbażati fuq kriterji mhux previsti mill-imsemmija direttiva))
(2017/C 424/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo de Murcia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Europamur Alimentación SA
Konvenuti: Dirección General de Comercio y Protección del Consumidor de la Comunidad Autónoma de la Región de Murcia
Dispożittiv
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinkludi projbizzjoni ġenerali li jiġu offruti għall-bejgħ jew li jinbiegħu oġġetti b’telf u li tipprevedi raġunijiet ta’ deroga minn din il-projbizzjoni bbażati fuq kriterji li ma jinsabux f’din id-direttiva.
(1) ĠU C 305, 22.8.2016.