23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Colegiul Medicilor Veterinari din România (CMVRO) vs Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor
(Kawża C-297/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi fis-suq intern - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-prattikanti veterinarji biss id-dritt għall-bejgħ bl-imnut u għall-użu tal-prodotti organiċi, tal-prodotti kontra l-parassiti kif ukoll tal-prodotti mediċinali veterinarji - Libertà ta’ stabbiliment - Rekwiżit li l-kapital tal-istabbilimenti li jbigħu bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji jkun miżmum biss minn prattikanti veterinarji - Protezzjoni tas-saħħa pubblika - Proporzjonalità))
(2018/C 142/04)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Colegiul Medicilor Veterinari din România (CMVRO)
Konvenuta: Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, favur prattikanti veterinarji, esklużività tal-kummerċ bl-imnut u tal-użu ta’ prodotti organiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju.
2)
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi li l-kapital azzjonarju tal-istabbilimenti li jikkummerċjalizzaw bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji jinżamm esklużivament minn prattikant veterinarju wieħed jew iktar.
(1) ĠU C 314, 29.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy