8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Teodor Ispas, Anduţa Ispas vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice Cluj
(Kawża C-298/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni - Dritt għal amministrazzjoni tajba u drittijiet tad-difiża - Leġiżlazzjoni nazzjonali fiskali li tipprevedi d-dritt għal smigħ u d-dritt għal informazzjoni matul proċedura amministrattiva fiskali - Deċiżjoni ta’ impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud maħruġa mill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali mingħajr l-għoti lill-persuna taxxabbli tal-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti li jservu ta’ bażi għall-imsemmija deċiżjoni))
(2018/C 005/12)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Teodor Ispas, Anduţa Ispas
Konvenut: Direcţia Generală a Finanţelor Publice Cluj
Dispożittiv
Il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża għandu jiġi interpretat fis-sens li, fi proċeduri amministrattivi intiżi għall-verifika u għall-istabbiliment tal-bażi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, individwu għandu jkollu l-possibbiltà li jingħata, fuq talba tiegħu, l-informazzjoni u d-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv u kkunsidrati mill-awtorità pubblika għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha, sakemm għanijiet ta’ interess ġenerali jiġġustifikaw ir-restrizzjoni tal-aċċess għall-imsemmija informazzjoni u għall-imsemmija dokumenti.
(1) ĠU C 314, 29.8.2016