8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – António Fernando Maio Marques da Rosa vs Varzim Sol – Turismo, Jogo e Animação, SA
(Kawża C-306/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 5 - Perijodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tal-inqas jum ta’ mistrieħ għal kull perijodu ta’ sebat ijiem - Perijodu ta’ iktar minn sitt ijiem ta’ xogħol konsekuttivi))
(2018/C 005/13)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: António Fernando Maio Marques da Rosa
Konvenuta: Varzim Sol – Turismo, Jogo e Animação, SA
Dispożittiv
L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bid-Direttiva 2000/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 2000, kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jeħtiġux li l-perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa mingħajr interruzzjoni ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, li ħaddiem għandu dritt għalihom, għandu jingħata mhux iktar tard mill-jum wara perijodu ta’ sitt ijiem ta’ xogħol konsekuttivi, iżda jimponu li dan għandu jingħata f’kull perijodu ta’ sebat ijiem.
(1) ĠU C 326, 5.9.2016.