23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Stanisław Pieńkowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie
(Kawża C-307/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Artikolu 131 - Artikolu 146(1)(b) - Artikolu 147 - Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni - Artikolu 273 - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-benefiċċju tal-eżenzjoni kemm għall-fatt li twettaq dħul mill-bejgħ għal ammont minimu, kemm għall-fatt li ġie konkluż kuntratt ma’ operatur awtorizzat li jwettaq ir-rimbors tal-VAT lill-vjaġġaturi))
(2018/C 142/06)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stanisław Pieńkowski
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie
Dispożittiv
L-Artikolu 131, l-Artikolu 146(1)(b), kif ukoll l-Artikoli 147 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest ta’ kunsinna għall-esportazzjoni ta’ oġġetti li ser jinġarru fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi, il-bejjiegħ suġġett għat-taxxa għandu jkun għamel dħul mill-bejgħ għal ammont minimu matul is-sena fiskali preċedenti, jew dan tal-aħħar għandu jkun ikkonkluda kuntratt ma’ operatur awtorizzat sabiex jipproċedi għar-rimborsi ta’ taxxa fuq il-valur miżjud lill-vjaġġaturi, meta unikament in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet għandu bħala konsegwenza li jiġi miċħud definittivament mill-eżenzjoni ta’ din il-kunsinna.
(1) ĠU C 335, 12.9.2016.
Full & Egal Universal Law Academy