19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-314/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Direttiva 2006/126/KE - Liċenzja tas-sewqan - Definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C kif ukoll D1))
(2018/C 104/05)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u Z. Malůšková, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Muller u J. Vláčil, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma ssodisfatx l-obbligu li tikkategorizza taħt id-definizzjoni tal-kategoriji C1 u C, biss il-vetturi bil-mutur minbarra dawk tal-kategoriji D1 u D, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (4)(d) u (f) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan.
2)
Billi llimitat id-definizzjoni tal-kategorija D1 għall-vetturi bil-mutur maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ iktar minn tmien passiġġieri, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (4)(h) ta’ din id-direttiva.
3)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 287, 08.08.2016.
Full & Egal Universal Law Academy