22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – József Lingurár vs Miniszterelnökséget vezető miniszter
(Kawża C-315/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEŻR - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Ħlasijiet Natura 2000 - Benefiċċju rriżervat għall-persuni privati - Żona forestali parzjalment proprjetà tal-Istat))
(2017/C 161/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: József Lingurár
Konvenut: Miniszterelnökséget vezető miniszter
Dispożittiv
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta żona forestali eleġibbli għall-appoġġ Natura 2000 hija parzjalment proprjetà tal-Istat u parzjalment proprjetà ta’ sid privat, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-relazzjoni bejn is-superfiċje ta’ din iż-żona proprjetà tal-Istat u dik proprjetà ta’ dan is-sid privat għall-kalkolu tal-ammont tal-appoġġ li għandu jitħallas lil dan tal-aħħar.
(1) ĠU C 296, 16.8.2016.