Kawża C-320/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Lille – Franza) – proċeduri kriminali kontra Uber France SAS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi fil-qasam tat-trasporti — Direttiva 2006/123/KE — Servizzi fis-suq intern — Direttiva 98/34/KE — Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni — Regola applikabbli għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni — Kunċett — Servizz ta’ intermedjazzjoni li tippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura proprja tagħhom ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani — Sanzjonijiet kriminali)
C2002018MT510120180410MT00055151
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Lille – Franza) – proċeduri kriminali kontra Uber France SAS
(Kawża C-320/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi fil-qasam tat-trasporti — Direttiva 2006/123/KE — Servizzi fis-suq intern — Direttiva 98/34/KE — Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni — Regola applikabbli għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni — Kunċett — Servizz ta’ intermedjazzjoni li tippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura proprja tagħhom ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani — Sanzjonijiet kriminali)”2018/C 200/05Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Lille
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Uber France SAS,
fil-preżenza ta’: Nabil Bensalem
Dispożittiv
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika [informazzjoni], kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998, u l-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, li tissanzjona kriminalment l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ tqegħid f’kuntatt ta’ klijenti ma’ persuni li jipprovdu servizzi ta’ trasport bit-triq ta’ persuni bi ħlas b’vetturi ta’ inqas minn għaxar postijiet, mingħajr ma jkollhom awtorizzazzjoni għal dan l-għan, tirrigwarda “servizz fil-qasam tat-trasport” sa fejn hija tapplika għal servizz ta’ intermedjazzjoni pprovdut permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones u li jifforma parti integrali minn servizz globali li l-element prinċipali tiegħu huwa s-servizz ta’ trasport. Tali servizz huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi.
( 1 ) ĠU C 296, 16.08.2016
Full & Egal Universal Law Academy