Kawża C-325/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Industrias Químicas del Vallés, SA vs Administración General del Estado, Sapec Agro, SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Direttiva 91/414/KEE — Direttiva 2010/28/UE — Artikolu 3(1) — Proċedura ta’ eżami mill-ġdid, mill-Istati Membri, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati — Terminu — Proroga)
C2402018MT310120180517MT00033131
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Industrias Químicas del Vallés, SA vs Administración General del Estado, Sapec Agro, SA
(Kawża C-325/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Direttiva 91/414/KEE — Direttiva 2010/28/UE — Artikolu 3(1) — Proċedura ta’ eżami mill-ġdid, mill-Istati Membri, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati — Terminu — Proroga)”2018/C 240/03Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Industrias Químicas del Vallés, SA
Konvenuti: Administración General del Estado, Sapec Agro, SA
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/28/UE tat-23 ta’ April 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-metalaxyl bħala sustanza attiva għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu li huwa jipprevedi, li skada fil-31 ta’ Diċembru 2010, sabiex jippermetti lill-Istati Membri jemendaw jew jirtiraw, konformement mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva, jikkostitwixxi terminu perentorju, liema terminu ma jistax jiġi pprorogat minn dawn l-Istati.
( 1 ) ĠU C 305, 22.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy