31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tal-1 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – Piotr Zarski vs Andrzej Stadnicki
(Kawża C-330/16) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2011/7/UE - Kuntratti ta’ kiri kummerċjali għal żmien indeterminat - Tardività ta’ ħlasijiet ta’ kera - Kuntratti konklużi qabel l-iskadenza tal-perijodu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni temporali tal-imsemmija direttiva għal dawn il-kuntratti)
(2017/C 249/15)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Piotr Zarski
Konvenut: Andrzej Stadnicki
Dispożittiv
L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva il-ħlasijiet tardivi fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is-16 ta’ Marzu 2013, anki meta din it-tardività sseħħ sussegwentement għal din id-data.
(1) ĠU C 335, 12.09.2016.