26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Albacete – Spanja) – José Luís Núñez Torreiro vs AIG Europe Limited, Sucursal en España, preċedentement Chartis Europe Limited, Sucursal en España, Unión Española de Entidades Aseguradoras y Reaseguradoras (Unespa)
(Kawża C-334/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi s-sewqan ta’ vetturi bil-mutur f’toroq u f’terreni li ma humiex “adattati għall-użu ta’ vetturi bil-mutur”, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li, minkejja li ma humiex adattati, madankollu “jintużaw ta’ spiss”))
(2018/C 072/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Albacete
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: José Luís Núñez Torreiro
Konvenuti: AIG Europe Limited, Sucursal en España, anciennement Chartis Europe Limited, Sucursal en España, Unión Española de Entidades Aseguradoras y Reaseguradoras (Unespa)
Dispożittiv
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-esklużjoni mill-kopertura ta’ assigurazzjoni obbligatorja ta’ danni li jirriżultaw mis-sewqan ta’ vetturi bil-mutur f’toroq jew f’terreni li ma humiex “adattati għall-użu ta’ vetturi bil-mutur”, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li, minkejja li ma humiex adattati għal dan il-għan, madankollu “jintużaw ta’ spiss”.
(1) ĠU C 305, 22.08.2016