18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/10
Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Il–Ħames Awla) tas–26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–Administrativen sad Sofia-grad – il–Bulgarija) – Balgarska energiyna borsa AD (BEB) vs Komisia za energiyno i vodno regulirane (KEVR)
(Kawża C-347/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 101 u 102 TFUE - Direttiva 2009/72/KE - Artikoli 9, 10, 13 u 14 - Regolament (KE) Nru 714/2009 - Artikolu 3 - Regolament (UE) Nru 1227/2011 - Punt 3 tal-Artikolu 2 - Regolament (UE) 2015/1222 - Artikolu 1(3) - Ċertifikazzjoni u indikazzjoni ta’ operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni indipendenti - Limitu tan-numru ta’ detenturi ta’ liċenzji ta’ trażmissjoni tal-elettriku fit-territorju nazzjonali))
(2017/C 437/13)
Lingwa tal-kawża: il–Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Balgarska energiyna borsa AD (BEB)
Konvenuta: Komisia za energiyno i vodno regulirane (KEVR)
Dispożittiv
L-Artikoli 9, 10, 13 u 14 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003, il-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa moqri flimkien mal-premessa 3 tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222, tal-24 ta’ Lulju 2015, li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni ma jipprekludux, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, għal leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita n-numru ta’ proprjetarji ta’ liċenzji tat-trażmissjoni tal-elettriku għal territorju partikolari.
(1) ĠU C 326, 5.9.2016.
Full & Egal Universal Law Academy