21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – T.KUP SAS vs Belgische Staat
(Kawża C-349/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dumping - Regolament (KE) Nru 1472/2006 - Importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam - Validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 - Proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ miżuri antidumping li ser jiskadu - Importaturi indipendenti - Teħid ta’ kampjuni - Interess tal-Unjoni Ewropea))
(2017/C 277/23)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: T.KUP SAS
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
Mill-eżami tad-domandi magħmula ma rriżulta l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni [eżami mill-ġdid] tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96.
(1) ĠU C 335, 12.9.2016.