11.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 300/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Gelvora” UAB vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba
(Kawża C-357/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prattiki kummerċjali żleali - Direttiva 2005/29/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kumpannija għall-irkupru ta’ dejn - Kreditu għall-konsum - Trasferiment ta’ dejn - Natura tar-relazzjoni ġuridika bejn il-kumpannija u d-debitur - Artikolu 2(c) - Kunċett ta’ “prodott” - Miżuri ta’ rkupru implementati b’mod parallel għall-intervent tal-uffiċjal ġudizzjarju))
(2017/C 300/08)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Gelvora” UAB
Konvenut: Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba
Dispożittiv
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li r-relazzjoni ġuridika bejn kumpannija ta’ rkupru ta’ dejn u d-debitur inadempjenti ta’ kuntratt ta’ kreditu fuq il-konsum li d-dejn tiegħu għandu jiġi ttrasferit lil din il-kumpannija taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tagħha. Il-prattiki adottati minn din il-kumpannija bil-għan li tipproċedi għall-irkupru tad-dejn tagħha jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “prodott” fis-sens tal-Artikolu 2(c) ta’ din id-direttiva. F’dan ir-rigward, hija mingħajr effett iċ-ċirkustanza li d-dejn ġie kkonfermat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja u li din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lil uffiċjal ġudizzjarju sabiex tkun tista’ tiġi eżegwita.
(1) ĠU C 335, 12.9.2016.