24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Association française des entreprises vs Ministre des finances et des comptes publics
(Kawża C-365/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u għall-kumpanniji sussidjarji ta’ Stati Membri differenti - Direttiva 2011/96/UE - Ħelsien mit-taxxa doppja - Kontribuzzjoni addizzjonali ta’ 3 % għat-taxxa fuq il-kumpanniji))
(2017/C 239/24)
Lingwa tal-kawża: l-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Association française des entreprises privées (AFEP), Axa, Compagnie générale des établissements Michelin, Danone, ENGIE, li kienet GDF Suez, Eutelsat Communications, LVMH Moët Hennessy-Louis Vuitton SA, Orange SA, Sanofi SA, Suez Environnement Company, Technip, Total SA, Vivendi, Eurazeo, Safran, Scor SE, Unibail-Rodamco SE, Zodiac Aerospace
Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE, tat-30 ta’ Novembru 2011, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [omm] u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2014/86/UE, tat-8 ta’ Lulju 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi miżura fiskali prevista mill-Istat Membru ta’ kumpannija omm, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-ġbir ta’ taxxa fl-okkażjoni tat-tqassim tad-dividendi mill-kumpannija omm u li l-bażi tagħha hija kkostitwita mill-ammonti tad-dividendi mqassma, inklużi dawk li joriġinaw mis-sussidjarji mhux residenti ta’ din il-kumpannija.
(1) ĠU C 335, 12.9.2016.