4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret – id-Danimarka) – Assens Havn vs Navigators Management (UK) Limited
(Kawża C-368/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, taħt ċerti kundizzjonijiet, id-dritt tal-parti danneġġjata li taġixxi direttament kontra min jassigura tal-persuna responsabbli ta’ inċident - Klawżola li tagħti ġurisdizzjoni konkluża bejn min jassigura u l-awtur tad-dannu))
(2017/C 293/13)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Assens Havn
Konvenuta: Navigators Management (UK) Limited
Dispożittiv
Il-punt (5) tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, meqjus flimkien mal-punt (2)(a) tal-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li vittma li għandha azzjoni diretta kontra l-assiguratur tal-awtur tad-dannu li ssubixxiet ma tistax tiġi marbuta permezz ta’ klawżola li tagħti ġurisdizzjoni konkluża bejn dan l-assiguratur u dan l-awtur.
(1) ĠU C 314, 29.8.2016.