Kawża C-370/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Novara – l-Italja) – Bruno Dell’Acqua vs Eurocom Srl, Regione Lombardia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea — Protokoll Nru 7 — Artikolu 1 — Neċessità jew le ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja — Fondi strutturali — Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea — Proċedura sabiex jinżammu fil-konfront ta’ awtorità nazzjonali ammonti li ġejjin minn din l-għajnuna)
C2592018MT410120180530MT00044141
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Novara – l-Italja) – Bruno Dell’Acqua vs Eurocom Srl, Regione Lombardia
(Kawża C-370/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea — Protokoll Nru 7 — Artikolu 1 — Neċessità jew le ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja — Fondi strutturali — Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea — Proċedura sabiex jinżammu fil-konfront ta’ awtorità nazzjonali ammonti li ġejjin minn din l-għajnuna)”2018/C 259/04Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Novara
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bruno Dell’Acqua
Konvenuti: Eurocom Srl, Regione Lombardia
Fil-preżenza ta’: Renato Quattrocchi, Antonella Pozzoli, Loris Lucini, Diego Chierici, Nicoletta Malaraggia, Elio Zonca, Sonia Fusi, Danilo Cattaneo, Alberto Terraneo, Luigi Luzzi
Dispożittiv
L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex neċessarja meta terz jibda proċedura sabiex jinżamm dejn fil-konfront ta’ organu ta’ Stat Membru li għandu dejn korrispondenti dovut lid-debitur tat-terz, benefiċjarju ta’ fondi mogħtija għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti kkofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.
( 1 ) ĠU C 383, 17.10.2016
Full & Egal Universal Law Academy