22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Novembru 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Rochus Geissel; li jaġixxi bħala stralċjarju ta’ RGEX GmbH i.L. vs Finanzamt Neuss (C-374/16), u Finanzamt Bergisch Gladbach vs Igor Butin (C-375/16)
(Kawżi Magħquda C-374/16 u C-375/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 168(a), Artikolu 178(a) u l-punt 5 tal-Artikolu 226 - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Kontenut li obbligatorjament għandu jidher fuq il-fatturi - Aspettattiva leġittima tal-persuna taxxabbli fl-eżistenza tal-kundizzjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis))
(2018/C 022/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rochus Geissel; bħala stralċjarju ta’ RGEX GmbH i.L. (C-374/16), Finanzamt Bergisch Gladbach (C-375/16)
Konvenut: Finanzamt Neuss (C-374/16), Igor Butin (C-375/16)
Dispożittiv
L-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-punt 5 tal-Artikolu 226 ta’ din id-direttiva, għandhom jiġi interpretati fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa għall-indikazzjoni li l-fattura tindika l-indirizz tal-post fejn il-persuna li ħarġet din il-fattura twettaq l-attività ekonomika tagħha.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016