3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Marzu 2019 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-377/16) (1)
(“Rikors għal annullament - Sistema lingwistika - Proċedura tal-għażla ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt - Sejħa għal espressjoni ta’ interess - Xufiera - Grupp ta’ Funzjoni I - Konoxxenzi lingwistiċi - Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 tal-proċedura tal-għażla għal-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża - Lingwa ta’ komunikazzjoni - Regolament Nru 1 - Regolamenti tal-Persunal - Sistema applikabbli għall-aġenti l-oħra - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Ġustifikazzjoni - Interess tas-servizz”)
(2019/C 187/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. J. García-Valdecasas Dorrego u M. A. Sampol Pucurull, aġenti)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Nessaf, C. Burgos u M. Rantala, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess ta’ Aġenti Kuntrattwali — Grupp ta’ Funzjoni I — Xufiera (Irġiel/Nisa), EP/CAST/S/16/2016, hija annullata.
2)
Id-database stabbilita skont is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess ta’ Aġenti Kuntrattwali — Grupp ta’ Funzjoni I — Xufiera (Irġiel/Nisa), EP/CAST/S/16/2016, hija annullata.
3)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 314, 29.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy