9.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-380/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 73 - Ammont taxxabbli - Artikoli 306 sa 310 - Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivjaġġar - Esklużjoni minn din l-iskema ta’ bejgħ lill-impriżi taxxabbli - Determinazzjoni globali tal-ammont taxxabbli għal perijodu partikolari - Inkompatibbiltà))
(2018/C 123/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Owsiany-Hornung u M. Wasmeier, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman, C. S. Schillemans u B. Koopman, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi eskludiet, mill-iskema speċjali tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għall-aġenziji tal-ivjaġġar, is-servizzi tal-ivjaġġar pprovduti lil persuni taxxabbli, li jużawhom f’isem l-impriża tagħhom, u billi awtorizzat lill-aġenziji tal-ivvjaġġar, sa fejn dawn huma suġġetti għall-imsemmija skema, jiddeterminaw l-ammont taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud b’mod globali għal gruppi ta’ servizzi jew għas-servizzi kollha pprovduti f’perijodu taxxabbli, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 73 u l-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 314, 29.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy