4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-388/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Somma f’daqqa))
(2017/C 293/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Nicolae u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. A. Sampol Pucurull u A. Rubio González, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma ħax, fid-data li fiha skada t-terminu mogħti fl-ittra ta’ intimazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri fl-20 ta’ Settembru 2015, il-miżuri li kienet tinvolvi l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2014, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-576/13, mhux ippubblikata, EU:C:2014:2430), Ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 3 miljuni.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 314, 29.8.2016.