26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Milano, Bundesgerichtshof – l-Italja, il-Ġermanja) – Acacia Srl vs Pneusgarda Srl, falluta, Audi AG (C-397/16), Acacia Srl, Rolando D’Amato vs Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (C-435/16)
(Kawżi Magħquda C-397/16 u C-435/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Disinni Komunitarji - Artikolu 110(1) - Assenza ta’ protezzjoni - Klawżola msejħa “ta’ tiswija” - Kunċett ta’ “parti ta’ prodott kumpless” - Tiswija tal-prodott kumpless sabiex jingħata lura d-dehra oriġinali tiegħu - Miżuri li għandhom jiġu adottati mill-utent sabiex ikun jista’ jinvoka l-klawżola msejħa “ta’ tiswija” - Rimm ta’ karozza replika identika għall-mudell ta’ rimm oriġinali))
(2018/C 072/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż u t-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d'appello di Milano, Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Acacia Srl (C-397/16), Acacia Srl, Rolando D’Amato (C-435/16)
Konvenuti: Pneusgarda Srl, falluta, Audi AG (C-397/16), Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (C-435/16)
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 110(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klawżola msejħa “ta’ tiswija” li huwa jinkludi ma tissuġġettax l-esklużjoni tal-protezzjoni għal disinn Komunitarju fir-rigward ta’ disinn li jikkostitwixxi parti ta’ prodott kumpless li tintuża bl-għan li tippermetti t-tiswija ta’ dan il-prodott kumpless sabiex jingħata lura d-dehra oriġinali tiegħu, għall-kundizzjoni li d-disinn protett ikun jiddependi fuq id-dehra tal-prodott kumpless.
2)
L-Artikolu 110(1) tar-Regolament Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klawżola msejħa “ta’ tiswija” li huwa jinkludi tissuġġetta l-esklużjoni tal-protezzjoni għal disinn Komunitarju fir-rigward ta’ disinn li jikkostitwixxi parti ta’ prodott kumpless li tintuża bl-għan li tippermetti t-tiswija ta’ dan il-prodott kumpless sabiex jingħata lura d-dehra oriġinali tiegħu, għall-kundizzjoni li l-parti ta’ sostituzzjoni jkollha dehra identika, fuq il-livell viżiv, għal dik tal-parti oriġinarjament inkorporata fil-prodott kumpless meta tqiegħed fis-suq.
3)
L-Artikolu 110(1) tar-Regolament Nruo6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tkun tista’ tiġi invokata l-klawżola msejħa “ta’ tiswija” li din id-dispożizzjoni tinkludi, il-fabbrikant jew il-bejjiegħ ta’ parti ta’ prodott kumpless huma suġġetti għal obbligu ta’ diliġenza fir-rigward tal-osservanza, mill-utenti downstream, tal-kundizzjonijiet imposti permezz tal-imsemmija dispożizzjoni.
(1) ĠU C 371, 10.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy