21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Trier – il-Ġermanja) – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs TofuT GmbH
(Kawża C-422/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Artikolu 78 u l-Parti III tal-Anness VII - Deċiżjoni 2010/791/UE - Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ - “Ħalib” u “prodotti tal-ħalib” - Denominazzjonijiet użati għall-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel purament veġetali))
(2017/C 277/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Trier
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verband Sozialer Wettbewerb eV
Konvenuta: TofuT GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 78(2), u l-Parti III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li d-denominazzjoni “ħalib” u d-denominazzjonijiet li dan ir-regolament jirriżerva biss għall-prodotti tal-ħalib jintużaw sabiex jindikaw, waqt il-kummerċjalizzazzjoni jew fir-reklamar, prodott purament veġetali, u dan anki jekk dawn id-denominazzjonijiet huma kkompletati b’indikazzjonijiet spjegattivi jew deskrittivi li jindikaw l-oriġini veġetali tal-prodott inkwistjoni, ħlief jekk dan il-prodott huwa elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/791, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III 1 tal-Anness XII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007.
(1) ĠU C 350, 26.9.2016.