11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Hansruedi Raimund vs Michaela Aigner
(Kawża C-425/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 96(a) - Azzjoni għal vjolazzjoni - Artikolu 99(1) - Preżunzjoni ta’ validità - Artikolu 100 - Kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Relazzjoni bejn azzjoni għal vjolazzjoni u kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Awtonomija proċedurali))
(2017/C 424/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hansruedi Raimund
Konvenuta: Michaela Aigner
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 99(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal vjolazzjoni ppreżentata quddiem qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-Artikolu 96(a) ta’ dan ir-regolament, ma tistax tiġi miċħuda minħabba raġuni ta’ invalidità assoluta, bħal dik prevista fl-Artikolu 52(1)(b) tal-imsemmi regolament, mingħajr ma din il-qorti tkun laqgħet il-kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, imressqa mill-konvenut f’din l-azzjoni għal vjolazzjoni, fuq il-bażi tal-Artikolu 100(1) tal-istess regolament, u bbażata fuq din l-istess raġuni ta’ invalidità.
2)
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 207/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux il-fatt li l-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea tista’ tiċħad l-azzjoni għal vjolazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 96(a) ta’ dan ir-regolament, minħabba raġuni ta’ invalidità assoluta, bħal dik prevista fl-Artikolu 52(1)(b) tal-imsemmi regolament, filwaqt li d-deċiżjoni dwar il-kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, imressqa konformement mal-Artikolu 100(1) tal-istess regolament, u bbażata fuq din l-istess raġuni ta’ invalidità, ma tkunx saret definittiva.
(1) ĠU C 402, 31.10.2016