Kawża C-426/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Liga van Moskeeën en Islamitische Organisaties Provincie Antwerpen, VZW et vs Vlaams Gewest (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-benesseri tal-annimali fil-mument tal-qatla tagħhom — Metodi partikolari ta’ qatla preskritti minn riti reliġjużi — Festa Musulmana tas-sagrifiċċju — Regolament (KE) Nru 1099/2009 — Artikolu 2(k) — Artikolu 4(4) — Obbligu li l-qatla bil-forma ritwali sseħħ f’biċċerija li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 — Validità — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 10 — Libertà tar-reliġjon — Artikolu 13 TFUE — Osservanza ta’ użanzi nazzjonali fil-qasam ta’ riti reliġjużi)
C2592018MT520120180529MT00065262
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Liga van Moskeeën en Islamitische Organisaties Provincie Antwerpen, VZW et vs Vlaams Gewest
(Kawża C-426/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-benesseri tal-annimali fil-mument tal-qatla tagħhom — Metodi partikolari ta’ qatla preskritti minn riti reliġjużi — Festa Musulmana tas-sagrifiċċju — Regolament (KE) Nru 1099/2009 — Artikolu 2(k) — Artikolu 4(4) — Obbligu li l-qatla bil-forma ritwali sseħħ f’biċċerija li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 — Validità — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 10 — Libertà tar-reliġjon — Artikolu 13 TFUE — Osservanza ta’ użanzi nazzjonali fil-qasam ta’ riti reliġjużi)”2018/C 259/06Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Liga van Moskeeën en Islamitische Organisaties Provincie Antwerpen, VZW, Unie van Moskeeën en Islamitische Verenigingen van Limburg, VZW, Unie van Moskeeën en Islamitische Verenigingen Oost-Vlaanderen, VZW, Unie der Moskeeën en Islamitische Verenigingen van West-Vlaanderen, VZW, Unie der Moskeeën en Islamitische Verenigingen van Vlaams-Brabant, VZW, Association Internationale Diyanet de Belgique, IVZW, lslamitische Federatie van België, VZW, Rassemblement des Musulmans de Belgique, VZW, Erkan Konak, Chaibi El Hassan
Konvenut: Vlaams Gewest
Fil-preżenza ta’: Global Action in the Interest of Animals (GAIA) VZW
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda preliminari ma rrileva l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla, moqri flimkien mal-Artikolu 2(k) tiegħu, fid-dawl tal-Artikolu 10 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 13 TFUE.
( 1 ) ĠU C 383, 17.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy